Caravan park Caravan park

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal CARAVAN PARK għandu tlett partijiet. (i) L-ewwel, l-idejn jieħdu l-forma ta’ L laxka u ftit ikkurvata fuq quddiem, id waħda bil-pala tħares ’il barra u l-oħra bil-pala tħares lejn il-ġenb. L-idejn jimxu f’linja orizzontali lejn il-ġnub. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal RAQAD. L-idejn jieħdu l-forma ta’ 5 pala ma’ pala b’id waħda kemm kemm iktar ’l isfel mill-id l-oħra. Ir-ras tmil għal fuq l-idejn fil-ġenb. (iii) Fl-aħħar isir is-sinjal għal KAMRA biż-żewġ idejn li jieħdu l-forma ta’ 1 fuq quddiem. Il-pala tal-id tħares ’il barra. Il-werrej ta’ id imiss mal-werrej tal-id l-oħra. L-idejn jitbiegħdu laġenba u lura u jiffurmaw linja b’angolu rett. Imbagħad jerġgħu jimxu lejn in-nofs sakemm jiltaqgħu.

The sign for CARAVAN PARK has three parts. (i) First, the hands take the shape of loose and slightly curved L at the front, the palm of one hand facing outwards and the other palm facing the side. The hands move in a horizontal line towards the sides. (ii) Then the sign for SLEEP is made. Both hands take the shape of 5, palm to palm with one hand slightly lower than the other. The hand bends to the side over the hands. (iii) Finally, the sign for ROOM is made with both hands that take the shape of 1 at the front. The palms face outwards. The index fingers touch each other and then move to the side and then backwards, forming a right angle, then back to the middle until the index fingers meet again.